This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/308/02
Commission declaration on net neutrality
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-newtralità tal-Internet
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-newtralità tal-Internet
ĠU C 308, 18.12.2009, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 308/2 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-newtralità tal-Internet
2009/C 308/02
“Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-preservazzjoni tal-karattru miftuħ u newtrali tal-Internet, b'kunsiderazzjoni sħiħa għar-rieda tal-koleġislaturi biex issa, in-newtralità tal-internet tkun imħaddna bħala objettiv politiku u prinċipju regolatorju li għandu jkun imħeġġeġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (1), flimkien mat-tisħiħ tar-rekwiżiti ta' trasparenza relatati (2) u l-ħolqien ta' setgħat ta' salvagwardja għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizzi u x-xkiel jew it-tnaqqis tar-ritmu tat-traffiku fuq in-netwerks pubbliċi (3). Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri, billi fir-Rapport ta' Progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tagħmel kull sena, tintroduċi attenzjoni partikolari dwar kif il-‘libertajiet tal-internet’ taċ-ċittadini Ewropej qed ikunu salvagwardjati. Sadanittant, il-Kummissjoni se tissorvelja l-impatt tal-iżviluppi tas-suq u tat-teknoloġija fuq il-‘libertajiet tal-internet’ billi tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-aħħar tal-2010 dwar jekk hemmx bżonn gwida addizzjonali u se tapplika s-setgħat eżistenti tal-liġi ta' kompetizzjoni biex tittratta kwalunkwe prattika li tista’ titfaċċa kontra l-kompetittività”.
(1) L-Artikolu 1(8)(g) tad-Direttiva 2009/140/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37).
(2) L-Artikolu 1(14) tad-Direttiva 2009/136/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11).
(3) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.