EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/112/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5469 – Renova Industries/Sulzer) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 112, 16.5.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5469 – Renova Industries/Sulzer)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 112/05

1.

Fit-8 ta' mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Renova Industries Ltd. (“Renova Industries”, il-Baħamas, li hija proprjetà tar-Renova Group, ir-Russja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża Sulzer AG (“Sulzer”, l-Iżvizzera).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Renova Industries: L-investimenti fis-setturi tal-metallurġija, taż-żejt, tal-inġinerija tal-magni, tat-tħaffir, tal-kimika, tal-kostruzzjoni, tad-dajr, tal-komunikazzjonijiet, pubbliċi u finanzjarji. OC Oerlikon, li hi kkontrollata mir-Renova Industries, hi attiva fis-servizzi industrijali għat-trattament tal-wiċċ/ta’ kisi u tagħmir,

għal Sulzer: Makkinarju, tagħmir, materjali, servizzi industrijali, servizzi industrijali għat-trattament tal-wiċċ/ta’ kisi u tagħmir.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5469 – Renova Industries/Sulzer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top