Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/016/07

    Sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma In-nies tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    ĠU C 16, 22.1.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 16/22


    Sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma “In-nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

    (2009/C 16/07)

    B'dan qed tingħata notifika dwar it-tnedija ta' sejħa għal proposti skond il-programm ta' ħidma “In-nies” tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

    Din hija stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja dwar it-tħaddim transnazzjonali tan-netwerk tas-Servizzi tal-EURAXESS. Id-data tal-għeluq u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS.

    Il-Programm Speċifiku “In-nies”:

    L-identifikatur tas-sejħa

    :

    FP7-PEOPLE-2009-EURAXESS

    Din is-sejħa għal proposti għandha x'taqsam mal-programm ta' ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4483 tat-22 ta' Awwissu 2008.

    It-tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta' ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS li ġej: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/


    Top