EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document C2009/010/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5423 — Costa/MSC/MPCT) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 10, 15.1.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5423 — Costa/MSC/MPCT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 10/10)

1.

Fis-6 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Costa Crociere S.p.A. (“Costa”, l-Italja) ikkontrollata minn Carnival Corporation &plc (l-Istati Uniti) u MSC CROCIERE S.A. (“MSC”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Mediterranean Shipping Company Holding S.A jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tat-terminal ta' Marseille Provence Cruise S.A.S. (“MPCT”, Franza), kumpanija ġdida li tikkonstitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Costa: It-tħaddim ta' bastimenti tal-kruċiera,

għal MSC: It-tħaddim ta' bastimenti tal-kruċiera,

għal MPCT: il-ġestjoni tat-terminal għall-kruċieri kopert mill-konċessjoni li ngħatat lil Port Autonome de Marseille.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5423 — Costa/MSC/MPCT, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Haut