Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/216/09

    MEDIA 2007 — Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ — Sejħa għal proposti — EACEA/20/08 — Appoġġ għax-xandir televiżiv tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

    ĠU C 216, 23.8.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 216/22


    MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

    Sejħa għal proposti — EACEA/20/08

    Appoġġ għax-xandir televiżiv tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

    (2008/C 216/09)

    1.   Miri u deskrizzjoni

    Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

    Waħda mill-miri tal-programm hija l-promozzjoni tax-xandir transnazzjonali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej prodotti minn kumpaniji ta' produzzjoni indipendenti billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn ix-xandara min-naħa u l-produtturi u d-distributuri indipendenti min-naħa l-oħra.

    2.   Applikanti eliġibbli

    Dan l-avviż huwa indirizzat lil kumpaniji Ewropej li permezz tal-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri msemmija hawn fuq, u b'mod partikolari għal kumpaniji indipendenti li jaħdmu produzzjonijiet televiżivi.

    L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

    is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

    il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

    3.   Azzjonijiet eliġibbli

    Ix-xogħol awdjoviżiv propost għandu jkun produzzjoni televiżiva Ewropea indipendenti (stejjer ivvintati (fiction), animazzjoni jew dokumentarju kreattiv) li tinvolvi l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet kumpaniji tax-xandir minn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm Media 2007.

    L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-anqas 6 xhur qabel l-ewwel jum ta' fotografija prinċipali u mhux aktar tard mill-ewwel jum ta' fotografija prinċipali.

    It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 30 jew 42 xahar (fil-każ ta' sensiela u proġetti ta' animazzjoni).

    4.   Kriterji għall-aġġudikazzjoni

    Il-punti sejrin jiġu allokati minn total ta' 100 fuq il-bażi li ġejja; l-aspetti meqjusin huma msemmija taħt kull kriterju:

    id-dimensjoni Ewropea u l-finanzjament tax-xogħol (45 punt):

    il-pajjiż tal-oriġini tal-kumpanija kandidata,

    in-numru ta' xandara involuti fix-xogħol,

    l-parteċipazzjoni finanzjarja tax-xandara,

    il-livell ta' finanzjament mhux nazzjonali.

    l-involviment tad-distributur internazzjonali (10 punti):

    numru u track record tad-distributuri involuti fix-xogħol,

    l-ammont ta' involviment tad-distributur,

    l-eżistenza ta' fergħa ta' distribuzzjoni fil-kumpanija ta' produzzjoni kandidata.

    l-attrazzjoni li jiġbed ix-xogħol fuq livell internazzjonali (25 punt):

    il-kwalità tax-xogħol,

    il-potenzjal li jinbiegħ fuq livell internazzjonali,

    l-istrateġija tal-marketing internazzjonali.

    il-valorizzazzjoni tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea (7 punti):

    in-numru ta' żoni lingwistiċi koperti,

    il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea.

    il-valorizzazzjoni tal-patrimonju awdjoviżiv Ewropew (3 punti):

    eżami tal-materjal ta' arkivju użat.

    il-bejgħ internazzjonali preċedenti (10 punti):

    bejgħ fuq livell internazzjonali li sar fl-aħħar 5 snin mill-kumpanija/produttur kandidat(a).

    5.   Baġit

    Il-baġit totali disponibbli jammonta għal EUR 11,4 miljun.

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija f'forma ta' sussidju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima hija tammonta għal EUR 500 000 għal kull proġett ta' fiction u ta' animazzjoni u EUR 300 000 għal kull dokumentarju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija qatt ma tista' taqbeż 12,5 % tal-ispejjeż eliġibbli ppreżentati mill-produttur għal fictions jew animazzjoni u 20 % tal-ispejjeż eliġibbli għad-dokumentarji.

    6.   Skadenza

    L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2008, 27 ta' Frar 2009 u 26 ta' Ġunju 2009 fl-indirizz li ġej:

    L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) — MEDIA

    Constantin Daskalakis

    BOUR 3/30

    Avenue du Bourget 1

    B-1140 Brussels

    Se jkunu aċċettati esklussivament l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formula ta' applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif xieraq mill-persuna awtorizzata li tirrappreżenta legalment l-organizzazzjoni kandidata fliemkien mal-informazzjoni u l-annessi kollha meħtieġa speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa.

    L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-feks jew permezz tal-posta elettronika mhumiex se jkunu aċċettati.

    7.   Dettalji sħaħ

    It-test sħiħ tal-linji gwida, flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, huma disponibbli mill-indirizz elettroniku li ġej:

    http://ec.europa.eu/information_society/media/producer/tv/index_en.htm

    L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.


    Top