Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/147/06

    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5166 — Danfoss/Sauer-Danfoss) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 147, 13.6.2008, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 147/15


    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5166 — Danfoss/Sauer-Danfoss)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 147/06)

    1.

    Fil-5 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Danfoss A/S (“Danfoss”, id-Danimarka) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Sauer-Danfoss Inc (“Sauer-Danfoss”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma. Sauer Danfoss bħalissa hija taħt il-kontroll konġunt ta' Danfoss A/S u Sauer Holding GmbH.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għall-impriża Danfoss: attiva fir-riċerka, fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' komponenti mekkaniċi u elettroniċi u soluzzjonijiet għar-refriġerazzjoni, it-tisħin u l-kondizzjonament ta' l-arja,

    għall-impriża Sauer-Danfoss: attiva fid-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta' sistemi u komponenti maħduma idrawliċi, elettriċi u elettroniċi għal użu, primarjament, f'applikazzjonijiet ta' tagħmir mobbli.

    3.

    Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-operazzjoni nnotifikata tista' tidħol fil-qasam tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5166 — Danfoss/Sauer-Danfoss, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Ir-Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top