Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/315/68

Kawża T-28/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 6 ta' Novembru 2007 — RheinfelsQuellen H. Hövelmann vs L-UASI (VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 315, 22.12.2007, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Novembru 2007 — RheinfelsQuellen H. Hövelmann vs L-UASI (VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN)

(Kawża T-28/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2007/C 315/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RheinfelsQuellen H. Hövelmann GmbH & Co. KG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Kellenter u A. Lambrecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċizjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Novembru 2005 (każ R 1179/2004-2) Uffiċċju dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RheinfelsQuellen H. Hövelmann GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


Top