Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/283/49

    Kawża T-28/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Settembru 2007 — Fels-Werke et vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Direttiva 2003/87/KE — Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra — Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-Ġermanja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012 — Deċiżjoni ta' ċaħda mill-Kummissjoni — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà )

    ĠU C 283, 24.11.2007, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 283/27


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2007 — Fels-Werke et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-28/07) (1)

    (“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-Ġermanja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni ta' ċaħda mill-Kummissjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

    (2007/C 283/49)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fels-Werke GmbH (Goslar, il-Ġermanja); Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (Aix-la-Chapelle, il-Ġermanja); u Spenner-Zement GmbH & Co. KG (Erwitte, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Posser u S. Altenschmidt, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: U. Wölker, aġent)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali għall-allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-perijodu ta' bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)

    Dispożittiv tad-Digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

    2)

    Fels-Werke GmbH, Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH u Spenner-Zement GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


    Top