Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/246/13

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4872 — Eurovia/Compagnie Signature/JV) Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 246, 20.10.2007, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 246/44


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4872 — Eurovia/Compagnie Signature/JV)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 246/13)

    1.

    Fl-15.10.2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Eurovia (Franza) li tippartjeni għall-grupp Vinci u l-impriża Compagnie Signature SAS (Franza) li l-kontroll aħħari tagħha huwa f'idejn Burelle SA qed jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriżi Euromark (Franza) u Signature Holdings (Franza) permezz ta' xiri ta' ishma f'dawn iż-żewġ kumpaniji li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Eurovia: xogħlijiet fit-toroq, partikolarment attivitajiet relatati ma' l-immarkar tat-toroq u sinjali vertikali tat-toroq, produzzjoni ta' materjal, zvilupp u ġestjoni ta' l-ambjent u servizzi relatati,

    għal Compagnie Signature: attivitajiet ta' l-immarkar tat-toroq u sinjali vertikali tat-toroq tabelli tas-sigurtà fit-toroq u attrezzaturi tat-toroq,

    għal Euromark: attivitajiet ta' l-immarkar tat-toroq,

    għal Signature Holdings: attivitajiet ta' sinjali vertikali tat-toroq u tagħmir tas-sigurtà tat-toroq.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4872 — Eurovia/Compagne Signature/JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004 p. 1


    Top