This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/233/08
New national side of euro circulation coins
Il-wiċċ nazzjonali l-ġdid tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni
Il-wiċċ nazzjonali l-ġdid tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 233, 5.10.2007, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
5.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 233/8 |
Il-wiċċ nazzjonali l-ġdid tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni
(2007/C 233/08)
Il-muniti ta' l-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta' valuta legali fiż-żona kollha ta' l-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti euro (1) bil-ħsieb li tinforma l-partijiet kollha li jridu jużaw il-muniti waqt xogħolhom kif ukoll il-pubbliku in ġenerali. Skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti euro għaċ-ċirkolazzjoni jistgħu joħorġu kwantitajiet determinati ta' muniti euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, bil-kundizzjoni li ma jinħariġx aktar minn disinn ġdid wieħed ta' munita għal kull pajjiż kull sena, u li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 EUR. Dawn il-muniti għandhom il-karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-euro normali għaċ-ċirkolazzjoni, imma għandhom disinn kommemorattiv irrappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.
L-Istat li joħroġ il-munita: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Suġġett tal-kommemorazzjoni: It-80 anniversarju tal-Papa Benedittu XVI
Deskrizzjoni fattwali tad-disinn: Il-parti interna tal-munita tirrappreżenta l-bust tal-Qdusija Tiegħu Benedittu XVI, bi profil min-naħa tax-xellug. Il-kliem “BENEDICTI XVI P.M. AETATIS ANNO LXXX CITTA' DEL VATICANO” huwa inċiż madwar ir-ritratt. Fuq ix-xellug hemm il-marka taz-zekka “R”, is-sena tal-ħruġ “2007” u l-inizjali ta' l-inċiżur “M.C.C. INC.” Fuq il-lemin, isem l-awtur “LONGO”. Fuq il-parti esterna tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Volum tal-ħruġ: 100 000 munita
Data approssimativa tal-ħruġ: Settembru — Ottubru 2007
Simboli inċiżi mad-dawra ta' barra: 2 ★, ripetut għal sitt darbiet, darba wieqaf darba bil-maqlub.
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għal referenza għall-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar il-bidliet tad-disinn ta' l-uċuh nazzjonali tal-muniti euro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għat-tibdil fid-disinn ta' l-uċuħ nazzjonali tal-muniti euro fiċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).