Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/30

    Kawża C-280/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit- 13 ta'Ġunju 2007 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/16


    Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta'Ġunju 2007 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    (Kawża C-280/07)

    (2007/C 211/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ze Fu Fleischhandel GmbH

    Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    Domandi preliminari

    1)

    Għandu t-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, (1) jiġi applikat ukoll fil-każ fejn irregolarità tkun twettqet jew waqfet qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi regolament?

    2)

    It-terminu ta' preskrizzjoni stabbilit f'din id-dispożizzjoni japplika għall-miżuri amministrattivi bħalma huwa l-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija wara li twettqu irregolaritajiet?

    Fil-każ fejn ir-risposta għal dawn iż-żewġ domandi tkun waħda affermattiva

    3)

    Jista' Stat Membru japplika terminu itwal, abbażi ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, anke meta l-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru kienet diġà tipprovdi għal proroga simili ta' dan it terminu qabel l-adozzjoni ta' l-imsemmi regolament? Jista' tali terminu itwal jiġi applikat ukoll fil-każ fejn ma kienx previst f'dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda l-irkupru ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li tirrigwarda miżuri amministrattivi ġenerali, iżda jirriżulta minn dispożizzjoni ġenerali ta' l-Istat Membru kkonċernat li tkopri l-każijiet kollha ta' preskrizzjoni li mhumiex is-suġġett ta' dispożizzjoni speċifika?


    (1)  ĠU L 312, p. 1.


    Top