Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/17

    Kawża C-26/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/80/KE — Kumpens għal vittmi ta' delitti — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-26/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/80/KE - Kumpens għal vittmi ta' delitti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

    (2007/C 211/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x-taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti (ĠU L 261, p. 15)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta' April 2004, li għandha x-taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija ordnata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


    Top