EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/204/06

Media 2007 — Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni — Sejħa għall-proposti — EACEA/17/07 — Implimentazzjoni ta' programm ta' inkoraġġiment għall-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

ĠU C 204, 1.9.2007, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 204/10


MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI U PROMOZZJONI

Sejħa għall-proposti — EACEA/17/07

Implimentazzjoni ta' programm ta' inkoraġġiment għall-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

(2007/C 204/06)

Appoġġ għall-iżvilupp ta' xogħolijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

MEDIA 2007 — Żvilupp għandu l-għan li jappoġġja l-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni maħsuba għal swieq Ewropej u internazzjonali li jappartjenu għall-kategoriji li ġejjin: xogħolijiet interattivi fuq kull pjattafroma kemm online kif ukoll offline.

2.   Kandidati Eliġibbli

L-appoġġ huwa ristrett għal kumpaniji indipendenti li għandhom il-produzzjoni awdjoviżiva u/jew il-produzzjoni ta' xogħolijiet interattivi bħala l-attività prinċipali tagħhom. Il-kumpaniji applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007 (l-Iżlanda, il-Lichtenstein u n-Norveġja) u l-Iżvizzera, soġġett għall-adozzjoni ta' modalitajiet ġodda ta' kooperazzjoni minn dak l-Istat fi ħdan il-qafas tal-Programm MEDIA.

Il-kumpaniji applikanti jridu jkunu kapaċi jipprovdu prova li għandhom l-esperjenza mitluba mil-linji gwida permezz tal-produzzjoni ta' xogħol preċedenti.

3.   Baġit

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament ta' proġetti huwa stmat għal 1,5m EUR(Fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit ta' l-2008). L-assistenza finanzjarja mill-Komunità ma tistax taqbeż 50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli (60 % għal proġetti waħdiena li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea). L-għotja minima hija ta' 10 000 EUR. L-għotja massima hija ta' 60 000 EUR minbarra fil-każ ta' l-iżvilupp ta' prototipi għal consoles tal-logħob, consoles portabbli u kompjuters li għalihom l-għotja massima hi 100 000 EUR.

4.   Perjodu ta' Żmien

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard minn:

15.11.2007 (l-ewwel skadenza)

15.4.2008 (it-tieni skadenza)

5.   Aktar tagħrif

It-test komplet tal-linji gwida flimkien mal-formoli ta' l-applikazzjoni jistgħu jinstabu fuq il-website http://ec.europa.eu/media. It-talbiet iridu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-linji gwida u jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti.


Top