Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/199/92

Kawża F-93/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 5 ta' Lulju 2007 — Dethomas vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjal li qabel kien membru tal-persunal temporanju — Ħatra bħala uffiċjal — Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l- 1 ta' Mejju 2004 — It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 32 — Klassifikazzjoni fi skala)

ĠU C 199, 25.8.2007, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 199/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2007 — Dethomas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjal li qabel kien membru tal-persunal temporanju - Ħatra bħala uffiċjal - Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-1 ta' Mejju 2004 - It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 32 - Klassifikazzjoni fi skala)

(2007/C 199/92)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Dethomas (Rabat, il-Marokk) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropej (rappreżentant: inizjalment V. Joris u H. Kraemer, imbagħad H. Kraemer, agenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2006, li taħtar lir-rikorrent, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A1*14, skala 8, bħala uffiċjal taħt prova tal-Komunitajiet Ewropej, safejn hija tikklassifikah fil-grad A*14, skala 2.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Jannar 2006 hija annullata safejn tikklassifika lis-Sur Dethomas, bħala Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni għar-Renju tal-Marokk, fil-grad A*14, skala 2.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006, p. 22.


Top