Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/33

Kawża C-252/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid- 29 ta' Mejju 2007 — Intel Corporation Inc. vs CPM United Kingdom Limited

ĠU C 183, 4.8.2007, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (ir-Renju Unit) fid-29 ta' Mejju 2007 — Intel Corporation Inc. vs CPM United Kingdom Limited

(Kawża C-252/07)

(2007/C 183/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Intel Corporation Inc.

Konvenuta: CPM United Kingdom Limited

Domandi preliminari

1.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu 4(4)(a) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru, (1) meta:

(a)

it-trade mark preċedenti jkollha reputazzjoni kbira għal ċerti tipi speċifiċi ta' prodotti jew servizzi,

(b)

dawn il-prodotti jew servizzi huma differenti jew differenti b'mod sostanzjali mill-prodotti jew servizzi tat-trade mark sussegwenti,

(ċ)

it-trade mark preċedenti hija unika fir-rigward ta' kwalunkwe prodotti jew servizzi,

(d)

it-trade mark preċedenti tiġi f'moħħ il-konsumatur medju meta dan jiltaqa' mat-trade mark sussegwenti użata għas-servizzi tat-trade mark sussegwenti,

dawn il-fatti huma suffiċjenti, fihom infushom, sabiex tiġi stabbilita (i) “rabta” fis-sens tal-punti 29 u 30 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Ottubru 2003, Adidas-Salomon AG v. Fitnessworld Trading Ltd (C-408/01, Ġabra p. I-12537) u/jew (ii) vantaġġ inġust u/jew detriment fis-sens ta' dak l-artikolu?

2.

Jekk le, liema fatturi għandha l-qorti nazzjonali tieħu in kunsiderazzjoni meta tiġi sabiex tiddeċiedi x'inhuwa suffiċjenti? Speċifikament, fl-evalwazzjoni ġenerali sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx “rabta”, x'importanza għandha tingħata lill-prodotti u servizzi koperti mit-trade mark sussegwenti?

3.

Fil-kuntest ta' l-Artikolu 4(4)(a), x'inhuwa meħtieġ sabiex tiġi sodisfatta l-kundizzjoni ta' detriment għall-karattru distintiv? Speċifikament, (i) huwa meħtieġ li t-trade mark preċedenti tkun unika, (ii) l-ewwel użu konfliġġenti huwa suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit detriment għall-karattru distintiv u (iii) l-element ta' detriment għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti jeħtieġ effett fuq l-imġieba ekonomika tal-konsumatur?


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1.


Top