This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/183/30
Case C-238/07 P: Appeal brought on 14 May 2007 by Derya Beyatli against the order of the Court of First Instance (Fifth Chamber) delivered on 5 March 2007 in Case T-455/04: Derya Beyatli and Armagan Candan v Commission of the European Communities
Kawża C-238/07 P: Appell imressaq fl- 14 ta' Mejju 2007 minn Derya Beyatli kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal- 5 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-455/04: Derya Beyatli u Armagan Candan vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-238/07 P: Appell imressaq fl- 14 ta' Mejju 2007 minn Derya Beyatli kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal- 5 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-455/04: Derya Beyatli u Armagan Candan vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 183, 4.8.2007, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/18 |
Appell imressaq fl-14 ta' Mejju 2007 minn Derya Beyatli kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta' Marzu 2007 fil-Kawża T-455/04: Derya Beyatli u Armagan Candan vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-238/07 P)
(2007/C 183/30)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Derya Beyatli (rappreżentant: A. Demetriades, Δικηγόρος)
Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellant
— |
tirrevoka d-digriet ikkontestat |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-appellata tal-5 ta' Mejju 2004 |
— |
tordna lill-appellata tħallas l-ispejjeż ta' dan l-appell |
Motivi u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-digriet kkontestat għandu jiġi rrevokat abbażi tar-raġunijiet segwenti:
|
Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' dritt billi naqset milli tirrikjedi provi permezz ta' miżuri istruttorji għall-ftuħ ta' arkivji mhux biss ta' l-EPSO iżda wkoll tar-Rappreżentanza tal-Komunità Ewropea f'Ċipru u/jew il-Kummissjoni b'mod ġenerali; |
|
B'riżultat ta' l-ommissjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza, l-appellata ma pprovdietx il-korrispondenza kollha rilevanti bejn ir-Rappreżentanza tal-Komunità Ewropea f'Ċipru u/jew il-Kummissjoni u/jew l-EPSO. Għaldaqstant, id-drittijiet ta' l-appellant fir-rigward ta' smigħ xieraq ġew miksura fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza. |