EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/08

Kawża C-342/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l- 14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-ħabitat naturali — Fawna u flora selvaġġa — Kaċċa tal-lupu)

ĠU C 183, 4.8.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-342/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-ħabitat naturali - Fawna u flora selvaġġa - Kaċċa tal-lupu)

(2007/C 183/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. van Beek u I. Koskinen, aġenti]

Konvenuta: Ir-Reppublika tal-Finlandja [rappreżentant: E. Bygglin, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 12(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p.7) — Kaċċa tal-lupu.

Dispożittiv

1)

Meta awtorizzat il-kaċċa tal-lupu bħala miżura preventiva mingħajr ma ġie stabbilit li din hija ta' natura li tipprevjeni ħsara serja skond l-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat [ħabitat] naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12(1) u 16(1)(b) ta' din id-Direttiva

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Findlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 281 tat-2.11.2005.


Top