Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/176/16

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4695 — Alstom/SBB Cargo/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 176, 28.7.2007, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 176/29


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4695 — Alstom/SBB Cargo/JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 176/16)

    1.

    Fl-20 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alstom Schienenfahrzeuge AG (“Alstom”, l-Iżvizzera, parti mill-grupp Alstom), u SBB Cargo AG (“SBB”, l-Iżvizzera), akkwistaw il-kontroll totali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill ta' l-impriża Alstom Rail Service (“ARS”, l-Iżvizzera), billi xtraw l-ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    Alstom: Apparat għat-trasport bil-ferroviji,

    SBB: Servizzi ta' trapsort bil-ferroviji,

    ARS: Servizzi ta' manutenzjoni għat-trapsort bil-ferroviji.

    3.

    Fl-eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KEE) nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali fuq dan il-punt hi riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti għandhom jaslu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (numru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M. 4695 — Alstom/SBB Cargo/JV fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top