Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/23

Kawża C-240/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 16 ta' Mejju 2007 — Sony Music Entertainment vs Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta' Mejju 2007 — Sony Music Entertainment vs Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH

(Kawża C-240/07)

(2007/C 170/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sony Music Entertainment (il-Ġermanja) GmbH

Konvenuta: Falcon Neue Medien Vertrieb GmbH.

Domandi preliminari

1)

Jekk il-perijodi ta' protezzjoni previsti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 2006/116/KE (1), tat-12 ta' Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (direttiva dwar il-perijodu ta' protezzjoni), japplikawx, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2) ta' din id-direttiva, anki jekk is-suġġett in kwistjoni qatt ma kien protett fl-Istat Membru li fih qed tintalab il-protezzjoni?

2)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għad-domanda (1) jekk:

a)

Il-kliem dispożizzjonijiet nazzjonali, previst mill-Artikolu 10(2) tad-direttiva dwar il-perijodu ta' protezzjoni, jinkludix ukoll id-dispożizzjonijiet ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' protezzjoni favur persuni li għandhom drittijiet iżda li mhumiex ċittadini Komunitarji?

b)

Il-perijodi ta' protezzjoni previst mill-Artikolu 10(2) tad-direttiva dwar il-perijodu ta' protezzjoni japplikawx ukoll għal oġġetti li, fid-data indkata fl-Artikolu 10(1) tad-direttiva, kienu effettivament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' protezzjoni meħtieġa mid-Direttiva tal-Kunsill 1992 92/100/KEE (2), tad-19 ta' Novembru, dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, iżda fejn is-sidien tagħhom mhumiex ċittadini Komunitarji?


(1)  ĠU L 372, p. 12.

(2)  ĠU L 346, p. 61.


Top