Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/166/12

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4751 — STM/Intel/JV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 166, 20.7.2007, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 166/28


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4751 — STM/Intel/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 166/12)

1.

Fl-10 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ST Microelectronics (“STM”, ITA-FRA) u Intel (“Intel”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' Newco (l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma, f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi joint venture.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal STM: semikondutturi

għal Intel: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u s-suq ta' mikroproċessuri, chipsets, u komponenti oħrajn tas-semikondutturi

għal Newco: in-negozju tal-memorja flash (memorja mhux volatili)

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4751 — STM/Intel/JV, f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top