EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/162/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4682 — INEOS/Lanxess' engineering thermoplastic resins business) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 162, 14.7.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 162/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4682 — INEOS/Lanxess' engineering thermoplastic resins business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 162/09)

1.

Fis-6 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża INEOS (“INEOS”, ir-Renju Unit) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tan-negozju ta' raża termoplastika ta' l-inġinerija li attwalment huwa propjetà ta' l-impriża Lanxess (“Lanxess business”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal INEOS: il-manifattura ta' kimiċi ta' speċjalità u intermedjarji,

għal Lanxess business: in-negozju dinji ta' raża termoplstika ta' l-inġinerija, b'mod aktar speċifiku copolymers fuq bażi ta' styrene.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4682 — INEOS/Lanxess' engineering thermoplactic resins business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top