Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/70

    Kawża T-165/07: Kawża mressqa fit- 8 ta' Mejju 2007 — Red Bull vs L-UASI — Grupo Osborne (TORO)

    ĠU C 155, 7.7.2007, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 155/39


    Kawża mressqa fit-8 ta' Mejju 2007 — Red Bull vs L-UASI — Grupo Osborne (TORO)

    (Kawża T-165/07)

    (2007/C 155/70)

    Lingwa li fiha tressaq ir-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, Awstrija) (rappreżentata minn: H. O'Neill, Solicitor, V. von Bomhard u A. Renck, avukati).

    Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

    Parti oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell: Grupo Osborne SA (El Puerto de Santa Maria, Spanja).

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tannula d-deċiżjoni tal-Ħames Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-20 ta' Frar 2007 fil-każ Nru R 147/2005-4; u

    tordna li l-ispejjeż tal-proċeduri jitħallsu mill-konvenut.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Grupo Osborne SA.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva 'TORO' għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 42 — applikazzjoni Nru 1 500 917.

    Sid tal-marka jew sinjal iċċitat fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

    Marka jew sinjal ċċitat: It-trade marks nazzjonali verbali 'TORO ROSSO' u 'TORO ROJO' għal prodotti fil-klassi 32 kif ukoll it-trade marks verbali u figurattivi nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji li fihom il-kelma 'BULL' waħeda jew flimkien ma' kliem ieħor għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 42.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti u servizzi kollha kkontestati bl-eċċezzjoni tas-servizz ta' 'provvista ta' akkomodazzjoni temporanja'.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annulament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni safejn din issostni l-oppożizzjoni fir-rigward tal-'birer' (klassi 32), 'xorb alkoħoliku, bl-eċċezzjoni ta' nbid u birra' (klassi 33) u 'l-provvista ta' ikel u xorb, inklużi barijiet, snack-bars, ristoranti, kafetteriji, public houses, kantinijiet u wine bars' (klassi 42); ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha tista' tipproċedi għal dawn il-prodotti u servizzi.

    Motivi: Ksur tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell ma stabbilixxix b'mod ċar il-bażi tad-deċiżjoni tiegħu peress li ma ddefinixxix b'mod komplut il-materjal ippreżentat mill-partijiet.

    Minbarra dan, ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament, peress li l-Bord ta' l-Appell eskluda r-rilevanza tar-reputazzjoni minkejja l-identiċità konċettwali tat-trade marks konfliġġenti u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.

    Finalment, ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament, peress li l-Bord ta' l-Appell applika s-suppożizzjoni li t-trade marks konfliġġenti għandhom ikunu simili tant li jikkawżaw konfużjoni filwaqt li, skond ir-rikorrenti, huwa suffiċjenti li l-konsumatur jista' 'jistabbilixxi rabta' bejn iż-żewġ trade marks.


    Top