EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/32

Kawża C-244/07: Rikors imressaq fit- 22 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

ĠU C 155, 7.7.2007, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/16


Rikors imressaq fit-22 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-244/07)

(2007/C 155/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u N. Yerrell, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (1), il-Gran-Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva;

Sussidjarjament:

tikkonstata li billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, li temenda d-Direttiva 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta' veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali, il-Gran-Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva;

tikkundanna lil-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/50/KE skada fid-29 ta' April 2006.


(1)  ĠU L 164, p. 114 u l-corrigendum L 220, p. 40.


Top