This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/155/11
Case C-492/04: Order of the Court (Fourth Chamber) of 10 May 2007 (reference for a preliminary ruling from the Finanzgericht Baden-Württemberg (Germany)) — Lasertec Gesellschaft für Stanzformen mbH v Finanzamt Emmendingen (Article 104(3), first subparagraph, of the Rules of Procedure — Free movement of capital — Freedom of establishment — Taxation — Corporation tax — Loan agreement between companies — Resident borrowing company — Shareholder lending company established in a non-member country — Meaning of substantial holding — Payment of loan interest — Classification — Covert distribution of profits)
Kawża C-492/04: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l- 10 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Lasertec Gesellschaft für Stanzformen mbH vs Finanzamt Emmendingen (Artikolu 104(3)(i) tar-Regoli tal-Proċedura — Moviment liberu tal-kapitali — Libertà ta' stabbiliment — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-kumpanniji — Kuntratt ta' self bejn il-kumpanniji — Kumpannija residenti li tissellef — Kumpannija azzjonista li ssellef stabbilita f'pajjiż terz — Kunċett ta' sehem rilevanti — Ħlas ta' interessi fuq is-self — Kwalifika — Tqassim moħbi tal-profitti)

ĠU C 155, 7.7.2007, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Lasertec Gesellschaft für Stanzformen mbH vs Finanzamt Emmendingen
(Kawża C-492/04) (1)
(Artikolu 104(3)(i) tar-Regoli tal-Proċedura - Moviment liberu tal-kapitali - Libertà ta' stabbiliment - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-kumpanniji - Kuntratt ta' self bejn il-kumpanniji - Kumpannija residenti li tissellef - Kumpannija azzjonista li ssellef stabbilita f'pajjiż terz - Kunċett ta' “sehem rilevanti’ - Ħlas ta' interessi fuq is-self - Kwalifika - Tqassim moħbi tal-profitti)
(2007/C 155/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lasertec Gesellschaft für Stanzformen mbH
Konvenuta: Finanzamt Emmendingen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Baden-Württemberg — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56(1), 57(1) u 58 KE — Leġislazzjoni fiskali nazzjonali — Taxxa fuq il-profitti tal-kumpanniji — Taxxa fuq l-interessi mħallsa minn kumpannija nazzjonali bħala rimunerazzjoni għal kapitali mislufa lil kumpannija azzjonista stabbilita f' pajjiż terz, liema interessi huma meqjusa bħala dividendi moħbija
Dispożittiv
Miżura nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-interessi fuq is-self imħallsa minn kumpannija b'kapital azzjonarju residenti lil azzjonist mhux residenti li għandu sehem rilevanti fil-kapital ta' din il-kumpannija huma, f'ċertu kundizzjonijiet, meqjusa li huma tqassim ta' profitti moħbija, taxxabbli f'idejn il-kumpannija li tissellef, tolqot b'mod kbir ħafna l-eżerċizzju tal-libertà ta' l-istabbiliment skond l-Artikolu 43 u dawk suċċessivi. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu invokati f'sitwazzjoni fejn hemm implikata kumpannija ta' pajjiż terz.