Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/03

Kawża C-157/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l- 24 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof, l-Awstrija) — Winfried L. Holböck vs Finanzamt Salzburg-Land (Moviment liberu tal-kapitali — Libertà ta' stabbiliment — Taxxa fuq id-dħul — Distribuzzjoni ta' dividendi — Dħul minn kapital li joriġina minn pajjiżi terzi)

ĠU C 155, 7.7.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-24 ta' Mejju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof, l-Awstrija) — Winfried L. Holböck vs Finanzamt Salzburg-Land

(Kawża C-157/05) (1)

(Moviment liberu tal-kapitali - Libertà ta' stabbiliment - Taxxa fuq id-dħul - Distribuzzjoni ta' dividendi - Dħul minn kapital li joriġina minn pajjiżi terzi)

(2007/C 155/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof, l-Awstrija

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Winfried L. Holböck

Konvenuta: Finanzamt Salzburg-Land

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56 u 57 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali rigward taxxa fuq id-dividendi distribwiti — Pussess minn persuna fiżika residenti fit-territorju nazzjonali, ta' żewġ terzi ta' l-ishma ta' kumpannija stabbilita fit-territorju ta' Stat terz (L-Iżvizzera) — Rata normali ta' taxxa fuq id-dħul imposta fuq dividendi, għad-differenza ta' dividendi ta' oriġini nazzjonali li jgawdu minn taxxa preferenzjali.

Dispożittiv

L-Artikolu 57(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 56 KE ma jipprekludix l-applikazzjoni, minn naħa ta' Stat Membru, ta' liġi eżistenti fil-31 ta' Diċembru 1993 li, filwaqt li tissuġġetta lil azzjonist li jirċievi dividendi mingħand kumpannija residenti għal rata ta' taxxa ugwali għal nofs ir-rata ta' taxxa medja, tissuġġetta lil azzjonist li jirċievi dividendi mingħand kumpannija stabbilita f'pajjiż terz, u li fiha għandu żewġ terzi tal-kapital soċjali, għar-rata ordinarja ta' taxxa fuq id-dħul.


(1)  ĠU C 143 tal-11.6.2005.


Top