Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento C2007/143/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4706 — Superior Essex/Invex) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 143, 28.6.2007, pag. 14-14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 143/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4706 — Superior Essex/Invex)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 143/09)

1.

Fil-21 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Superior Essex Inc., (“Superior Essex”, ta' l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Invex S.p.A. (“Invex”, ta' l-Italja), permezz ta' l-akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Superior Essex: il-manifattura u l-forniment ta' diversi tipi ta' cables u wires għall-użu fit-telekommunikazzjoni, kif ukoll ta' winding wires u l-kisi tagħhom;

għal Invex: il-manifattura u l-forniment ta' winding wires.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4706 — Superior Essex/Invex, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


In alto