EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/141/18

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4723 — Eni/ExxonMobil (Hungarian, Czech and Slovak Package)) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 141, 26.6.2007, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 141/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4723 — Eni/ExxonMobil (Hungarian, Czech and Slovak Package))

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 141/18)

1.

Fid-19 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Eni S.p.A. (“Eni”, l-Italja) takkwista, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' ExxonMobil Hungaria (“Esso Hungaria”, l-Ungerija) kollha kemm hi, Esso spols s.r.o (“Esso Ceska”, ir-Repubblika Ċeka) u Esso Slovensko spol, s r.o. (“Esso Slovensko”, is-Slovakkja) u ċerti assi u kuntratti ta' ExxonMobil li jikkonċernaw il-kummerċ tal-lubrikanti f'dawn il-pajjiżi (“Lubs Assets and Contracts”) permezz ta' xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Esso Hungaria, Esso Ceska, Esso Slovensko: Il-bejgħ bl-imnut tal-fjuwil tal-karozzi u l-forniment tal-fjuwil ta' l-avjazzjoni ta' ExxonMobil fl-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja.

għal Lubs Assets and Contracts: marketing u bejgħ ta'lubrikanti tal-karozzi u industrijali fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovakkja.

għal Eni: it-tfittix, il-produzzjoni, it-trasport, it-trasformazzjoni u l-marketing taż-żejt u l-gass.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4723 — Eni/ExxonMobil (Hungarian, Czech and Slovak Package), fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top