Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/28

    Kawża C-235/07: Rikors imressaq fl- 10 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/17


    Rikors imressaq fl-10 ta' Mejju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-235/07)

    (2007/C 140/28)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, P. Dejmek, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mit-Trattat KE u mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE (1), tad-29 ta' April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE (2) fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE (3) fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija), peress li ma adottatx, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet legali u amministrativi kollha neċessarji sabiex tittrasponi din id-Direttiva fid-dritt nazzjonali, jew peress li ma avżatx lill-Kummissjoni bihom;

    tordna li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-30 ta' April 2006


    (1)  ĠU L 164, p. 44.

    (2)  ĠU L 143, p. 70.

    (3)  ĠU L 75, p. 29.


    Top