This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/110/06
New national side of euro circulation coins
Il-wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni
Il-wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 110, 16.5.2007, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 110/5 |
Il-wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni
(2007/C 110/06)
Il-muniti euro fiċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali madwar iż-żona ta' l-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinni l-ġodda kollha tal-muniti ta' l-euro (1) bil-għan li tinforma sew lil kull min f'xogħolu jgħaddu l-muniti minn taħt idejh kif ukoll lill-pubbliku ġenerali. Skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew Ftehim Monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti euro għaċ-ċirkolazzjoni jistgħu joħorġu kwantitajiet determinati ta' muniti euro kommemorattivi għaċ-ċirkolazzjoni, bil-kundizzjoni li ma jinħariġx aktar minn disinn ġdid wieħed ta' munita għal kull pajjiż kull sena, u li tintuża biss id-denominazzjoni ta' 2 euro. Dawn il-muniti għandhom il-karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' l-euro normali għaċ-ċirkolazzjoni, imma għandhom disinn kommemorattiv irrappreżentat fuq il-wiċċ nazzjonali tagħhom.
L-Istat li joħroġ il-munita: Il-Portugall
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Deskrizzjoni fattwali tad-disinn: Il-parti ta' ġewwa tal-wiċċ tal-munita turi siġra tas-sufra (Quercus Suber). Taħt il-friegħi, fuq in-naħa tax-xellug, l-istemma Portugiża; fuq in-naħa tal-lemin, il-kelma “POR TU GAL ”miktuba fuq tliet linji. Il-kliem “2007 PRESIDÊNCIA DO CONSELHO DA UE ”huwa inskritt fil-forma ta' nofs ċirku fin-naħa ta' isfel tal-parti ta' ġewwa, bil-firma ta' l-artist (I Vilar) fuq ix-xellug u l-marka taż-żekka (INCM) viċin l-Istemma. Il-burdura ta' barra tal-munita turi t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-volum tal-ħarġa: 2 miljun munita
Id-data approssimattiva tal-ħruġ: Lulju 2007
Simboli inċiżi fid-dawra ta' barra: ħames armi u seba' kastelli spazjati ugwalment.
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għal referenza dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2003 dwar tibdiliet fid-disinn ta' l-uċuħ nazzjonali tal-muniti ta' l-euro. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 dwar prattika komuni għal tibdil fid-disinn fuq l-uċuħ nazzjonali tal-muniti ta' l-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38).