Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C/2024/90059

    Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/156/24 — Assistenti (AST 3) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni finanzjarja 2. Kontabbiltà u teżor 3. Akkwist pubbliku (ĠU C, C/2024/4525, 25.7.2024)

    ĠU C, C/2024/90059, 22.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4525/corrigendum/2024-08-22/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4525/corrigendum/2024-08-22/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    22.8.2024

    Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/156/24 — Assistenti (AST 3) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ġestjoni finanzjarja 2. Kontabbiltà u teżor 3. Akkwist pubbliku

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2024/4525, il-25 ta' Lulju 2024 )

    Fil-paġna 7, it-Taqsima 5,

    minflok:

    “5.

    OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠEVOLAZZJONI RAĠONEVOLI

    L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-konfront tal-kandidati kollha.

    Il-kandidati li għandhom xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura biex jitolbu aġevolazzjoni raġonevoli kif deskritta fir-Regoli ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (ara l-Anness I, taħt it-Taqsima 1.3). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti mehmuża rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi aġevolazzjoni raġonevoli fejn jitqies neċessarju.

    Fuq is-sit web tal-EPSO (6), wieħed isib aktar informazzjoni dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tal-EPSO u kif tista’ tintalab aġevolazzjoni raġonevoli.”,

    aqra:

    “5.

    OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI

    L-EPSO jagħmel mill-aħjar li jista’ sabiex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha.

    Il-kandidati li għandhom diżabilità jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet għandhom jindikaw dan fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura biex jitolbu arranġamenti raġonevoli kif deskritt fis-sit web tal-EPSO (6). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi arranġamenti raġonevoli fejn jitqies neċessarju.”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4525/corrigendum/2024-08-22/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top