This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025CN0341
Case C-341/25, Sintexcal and Others: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 19 May 2025 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato v Sintexcal SpA, Impresa Bacchi Srl, General Beton Triveneta SpA, Itinera SpA, Milano Serravalle – Milano Tangenziali SpA
Kawża C-341/25, Sintexcal et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Mejju 2025 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Sintexcal SpA, Impresa Bacchi Srl, General Beton Triveneta SpA, Itinera SpA, Milano Serravalle – Milano Tangenziali SpA
Kawża C-341/25, Sintexcal et: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Mejju 2025 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Sintexcal SpA, Impresa Bacchi Srl, General Beton Triveneta SpA, Itinera SpA, Milano Serravalle – Milano Tangenziali SpA
ĠU C, C/2025/3876, 21.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3876/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3876 |
21.7.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Mejju 2025 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Sintexcal SpA, Impresa Bacchi Srl, General Beton Triveneta SpA, Itinera SpA, Milano Serravalle – Milano Tangenziali SpA
(Kawża C-341/25, Sintexcal et)
(C/2025/3876)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Konvenuti: Sintexcal SpA, Impresa Bacchi Srl, General Beton Triveneta SpA, Itinera SpA, Milano Serravalle – Milano Tangenziali SpA
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 101 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 14 tal-legge 24 novembre 1981, n. 689 (il-Liġi Nru 689 tal-24 ta’ Novembru 1981), li, għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjoni, timponi fuq l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tas-Suq) l-obbligu li tikkomunika lill-impriżi kkonċernati d-deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni – li tindika, inter alia, l-elementi essenzjali relatati mal-ksur allegat – fi ħdan terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 90 jum, jew 360 jum għall-impriżi residenti barra mill-pajjiż, li jibdew jiddekorru mill-mument meta l-Awtorità ssir taf bil-ksur? |
|
2) |
L-Artikolu 101 TFUE u d-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-annullament bħala konsegwenza awtomatika tal-ksur tat-terminu raġonevoli għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni, mingħajr ma jkollu jiġi kkonstatat il-ksur effettiv tad-drittijiet tad-difiża? Sussidjarjament, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta jkun hemm tali ksur tat-terminu raġonevoli għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni tqiegħed fuq l-Awtorità (u mhux fuq l-impriżi) l-oneru tal-prova ulterjuri li l-ksur tal-imsemmi terminu konkretament ikun kiser id-drittijiet tad-difiża? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3876/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)