EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024TN0265
Case T-265/24: Action brought on 21 May 2024 – Microsoft Ireland Operations v EDPS
Kawża T-265/24: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2024 – Microsoft Ireland Operations vs KEPD
Kawża T-265/24: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2024 – Microsoft Ireland Operations vs KEPD
ĠU C, C/2024/3926, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3926/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3926 |
1.7.2024 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2024 – Microsoft Ireland Operations vs KEPD
(Kawża T-265/24)
(C/2024/3926)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Microsoft Ireland Operations Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Bourgeois u M. Meulenbelt, avukati)
Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) tat-8 ta’ Marzu 2024 adottata wara l-investigazzjoni dwar l-użu ta’ Microsoft 365 mill-Kummissjoni Ewropea (Każ 2021-0518) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”); |
— |
sussidjarjament, tannulla l-punt 592.1 tad-Deċiżjoni kkontestata; u |
— |
tikkundanna lill-KEPD għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt fil-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ limitazzjoni tal-iskop tar-RĠPD (Artikoli 4(1)(b), 4(3), 6, 9, 26(1), 29(3)(a) u 30 tar-RĠPD). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt fil-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-RĠPD dwar trasferimenti internazzjonali (Artikoli 4(2), 29(3)(a), 46, 47 u 48(1), 48(3)(a)). |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt fil-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-RĠPD dwar żvelar mhux awtorizzat (Artikoli 4(1)(f), 29(3)(a), 33(1) u (2), 36, 49). |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-KEPD għamel żball ta’ liġi billi impona miżuri korrettivi sproporzjonati bbażati fuq preżunzjonijiet infondati ta’ ksur tar-RĠPD, u qabel ma tlestew il-passi meħtieġa għall-verifika tal-preżunzjonijiet tiegħu u għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri korrettivi proposti tiegħu. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3926/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)