Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0180

    Kawża C-180/24, Santander Consumer Bank: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-6 ta’ Marzu 2024 – Santander Consumer Bank S.A. vs EN

    ĠU C, C/2024/3590, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3590/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3590/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3590

    17.6.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-6 ta’ Marzu 2024 – Santander Consumer Bank S.A. vs EN

    (Kawża C-180/24, Santander Consumer Bank)

    (C/2024/3590)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Poznaniu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Santander Consumer Bank S.A.

    Konvenut: EN

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 3(j) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-prattika li tikkonsisti fl-inklużjoni fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi klawżoli li l-kontenut tagħhom ma jirriżultax minn ftehim individwali bejn il-partijiet, u li jipprevedu rata ta’ interessi kkalkolata fuq l-ammont totali tal-kreditu mogħti lill-konsumatur, inkluż mhux biss l-ammont effettivament mogħti lill-konsumatur iżda wkoll l-ammonti intiżi li jkopru l-ispejjeż tal-kreditu mogħti (inkluż, fost oħrajn, bħal fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, il-kummissjoni tal-kreditur jew il-primjums tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tal-assigurazzjoni għal assistenza)?


    (1)   ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 1010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3590/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top