Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0100

Kawża C-100/24, bonprix: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Frar 2024 – Verbraucherzentrale Hamburg e.V. vs bonprix Handelsgesellschaft mbH

ĠU C, C/2024/3152, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3152/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3152/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3152

21.5.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Frar 2024 – Verbraucherzentrale Hamburg e.V. vs bonprix Handelsgesellschaft mbH

(Kawża C-100/24, bonprix)

(C/2024/3152)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verbraucherzentrale Hamburg e.V.

Konvenut: bonprix Handelsgesellschaft mbH

Domanda preliminari

Riklam li jagħmel riferiment għal modalità tal-ħlas (f’dan il-każ: “xiri faċli b’fattura”) li, għalkemm għandha biss valur pekunjarju żgħir ħafna, toffri lill-konsumatur vantaġġi kemm f’termini ta’ sigurtà kif ukoll ta’ natura legali (f’dan il-każ: l-assenza ta’ żvelar ta’ data sensittiva dwar il-ħlas u, fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt, l-assenza ta’ talba ta’ rkupru ta’ prestazzjoni preċedenti), jikkostitwixxi offerta promozzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(ċ) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3152/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top