This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN1137
Case T-1137/23: Action brought on 4 December 2023 — UF v Parliament
Kawża T-1137/23: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2023 – UF vs Il-Parlament
Kawża T-1137/23: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2023 – UF vs Il-Parlament
ĠU C, C/2024/775, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/775/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/775 |
22.1.2024 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2023 – UF vs Il-Parlament
(Kawża T-1137/23)
(C/2024/775)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: UF (rappreżentant: M. Velardo, avukata)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni D300769 tat-30 ta’ Jannar 2023, ikkomunikata fl-istess jum u implimentata permezz tad-deċiżjoni D301641, adottata fis-17 ta’ Frar 2023 mid-Direttorat Ġenerali tal-Parlament li miegħu r-relazzjoni ta’ impjieg inħallet unilateralment, b’effett mit-30 ta’ April 2023, li tat avviż ta’ tliet xhur. |
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, li ġiet iffurmata impliċitament wara s-silenzju li dam iktar minn erba’ xhur, wara d-data tal-preżentata tal-ilment, skont l-Artikolu 90, II, tar-Regolament tal-Persunal. |
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni D103501 adottata fit-28 ta’ Awwissu 2023 mis-Segretarju Ġenerali tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti (AACC), li permezz tagħha l-ilment ippreżentat fil-25 ta’ April 2023 taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ġie miċħud. |
|
— |
Kif ukoll [tordna l-ħlas] tal-kumpens għad-dannu, li jammonta għal total ta’ EUR 81 737,54, li jirrappreżenta d-differenza bejn l-ammont tas-salarju ta’ kull xahar ta’ EUR 5 918,27 u l-ammont tal-pensjoni ta’ EUR 1 642,21, għall-perjodu mit-30 ta’ April 2023 sad-29 ta’ Frar 2024 u t-telf tad-drittijiet tal-pensjoni marbuta mal-ħall bikri tar-relazzjoni tax-xogħol, kif ukoll id-dannu morali, stmat pro bono et aequo għal EUR 10 000. |
|
— |
Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ksur relatat tad-drittijiet tad-difiża. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi, ksur ta’ standards relatati mal-protezzjoni kontra t-tkeċċijiet inġusti. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta' evalwazzjoni, [il-Parlament] ma ssodisfax l-oneru tal-prova li kellu dwar l-eżistenza tad-dannu għall-immaġni. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/775/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)