Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0194

    Kawża T-194/23: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2023 – Fractal Analytics vs EUIPO – Fractalia Remote Systems (FRACTALIA)

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/41


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2023 – Fractal Analytics vs EUIPO – Fractalia Remote Systems (FRACTALIA)

    (Kawża T-194/23)

    (2023/C 189/54)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Fractal Analytics, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fractalia Remote Systems, SL (Madrid, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “FRACTALIA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 620 887

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 859/2022-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv(i) invokat(i)

    Ksur tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 b’konnessjoni mal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 10(3)


    Top