This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TB0385
Case T-385/23: Order of the General Court of 28 February 2024 – Mincu Pătrașcu Brâncuși v European Public Prosecutor’s Office
Kawża T-385/23: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Mincu Pătrașcu Brâncuși vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Kawża T-385/23: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Mincu Pătrașcu Brâncuși vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
ĠU C, C/2024/2624, 22.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2624/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/2624 |
22.4.2024 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Mincu Pătrașcu Brâncuși vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(Kawża T-385/23) (1)
(Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ Awla Permanenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex tilwima tingħata sentenza - Artikolu 42(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1939 - Att proċedurali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Assenza ta’ ġurisdizzjoni)
(C/2024/2624)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Constantin Mincu Pătrașcu Brâncuși (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: A. Şandru u M.-A. Ion, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis, F.-R. Radu u E. Farhat, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Għaxar Awla Permanenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2022 li permezz tagħha din tal-aħħar iddeċidiet li t-tilwima li tikkonċernah tingħata sentenza.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-European Criminal Bar Association (ECBA). |
3) |
Constantin Mincu Pătrașcu Brâncuși huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal Prosekutur Pubbliku Ewropew, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mat-talbiet għal intervent. |
4) |
Constantin Mincu Pătrașcu Brâncuși, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-ECBA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2624/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)