Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TA0200

Kawża T-200/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2024 – Domingo Alonso Group vs EUIPO – Ald Automotive u Salvador Caetano Auto (my CARFLIX) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva my CARFLIX – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CarFlex – Kawża ta’ invalidità relattiva – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

ĠU C, C/2025/169, 13.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/169/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/169/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/169

13.1.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2024 – Domingo Alonso Group vs EUIPO – Ald Automotive u Salvador Caetano Auto (my CARFLIX)

(Kawża T-200/23)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva my CARFLIX - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CarFlex - Kawża ta’ invalidità relattiva - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(C/2025/169)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Domingo Alonso Group, SL (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u E. Nicolás Gómez, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ald Automotive, SA (Majadahonda, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López u L. Morales Díaz, avukat),

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salvador Caetano Auto (SGPS), SA (Vila Nova de Gaia, il-Portugall)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 2213/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Domingo Alonso Group, SL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 235, 3.7.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/169/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top