This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0781
Case C-781/23, Malmö Motorrenovering: Request for a preliminary ruling from the Högsta förvaltningsdomstolen (Sweden) lodged on 18 December 2023 — Malmö Motorrenovering AB v Allmänna ombudet hos Tullverket
Kawża C-781/23, Malmö Motorrenovering: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Malmö Motorrenovering AB vs Allmänna ombudet hos Tullverket
Kawża C-781/23, Malmö Motorrenovering: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Malmö Motorrenovering AB vs Allmänna ombudet hos Tullverket
ĠU C, C/2024/1545, 26.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1545/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1545 |
26.2.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Malmö Motorrenovering AB vs Allmänna ombudet hos Tullverket
(Kawża C-781/23, Malmö Motorrenovering)
(C/2024/1545)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Malmö Motorrenovering AB
Konvenut: Allmänna ombudet hos Tullverket
Domandi preliminari
L-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riferiment fil-paragrafu 3 għall-paragrafi 1 u 2 ifisser li r-rekwiżit ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali fil-paragrafu 3 japplika biss meta terminu diġà mogħti, flimkien mal-estensjoni mitluba, ikun ifisser li l-perijodu totali li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura inkwistjoni jaqbeż l-24 xahar? Jew dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali fil-paragrafu 3 japplika għat-talbiet kollha għal estensjoni, jiġifieri anki jekk it-terminu diġà mogħti, flimkien mal-estensjoni mitluba, ma jkunx jaqbeż il-perijodu ta’ 24 xahar previst fil-paragrafu 2?
(1) ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1545/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)