Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0743

    Kawża C-743/23, GKV-Spitzenverband: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht für das Saarland (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Diċembru 2023 – A vs GKV-Spitzenverband

    ĠU C, C/2024/2010, 18.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2010/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2010/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/2010

    18.3.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht für das Saarland (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Diċembru 2023 – A vs GKV-Spitzenverband

    (Kawża C-743/23, GKV-Spitzenverband)

    (C/2024/2010)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landessozialgericht für das Saarland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: A

    Konvenut: GKV-Spitzenverband

    Parti oħra fil-proċedura: Moguntia Food Group AG

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14(8) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jiġi eżaminat jekk parti sostanzjali tal-attività hijiex imwettqa fi Stat Membru, l-attivitajiet kollha tal-persuna impjegata, inklużi l-attivitajiet tagħha f’pajjiżi terzi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

    2)

    Jew l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14(8) tar-Regolament Nru 987/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jiġi eżaminat jekk parti sostanzjali tal-attività hijiex imwettqa fi Stat Membru, huma biss dawk l-attivitajiet imwettqa mill-persuna impjegata fi Stati Membri li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

    (2)   ĠU 2009, L 284, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2010/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top