Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0134

    Kawża C-134/23, Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2023 – Somateio “Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges”, Astiki Mi Kerdoskopiki Etaireia “Ypostirixi Prosfygon sto Aigaio” vs Ypourgos Exoterikon, Ypourgos Metanastefsis kai Asylou

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Marzu 2023 – Somateio “Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges”, Astiki Mi Kerdoskopiki Etaireia “Ypostirixi Prosfygon sto Aigaio” vs Ypourgos Exoterikon, Ypourgos Metanastefsis kai Asylou

    (Kawża C-134/23, Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges)

    (2023/C 189/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Somateio “Elliniko Symvoulio gia tous Prosfyges”, Astiki Mi Kerdoskopiki Etaireia “Ypostirixi Prosfygon sto Aigaio”

    Konvenuti: Ypourgos Exoterikon, Ypourgos Metanastefsis kai Asylou

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 38 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), moqri flimkien mal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li

    1)

    jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (ta’ natura regolamentari) li tindika bħala ġeneralment bla perikolu għal kategoriji speċifiċi ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali pajjiż terz li, minkejja li assuma l-obbligu legali li jippermetti li tali kategoriji ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jitħallew jidħlu lura fit-territorju rispettiv tiegħu, effettivament jirrifjuta għal perijodu twil (f’dan il-każ, iktar minn għoxrin xahar) id-dħul lura, mingħajr ma jirriżulta li ġiet eżaminata l-possibbiltà li tali pajjiż jibdel il-pożizzjoni tiegħu fil-futur qarib?

    jew fis-sens li

    2)

    id-dħul lura fil-pajjiż terz ma jikkostitwixxix kundizzjoni kumulattiva għall-adozzjoni ta’ att nazzjonali (ta’ natura regolamentari) li jindika pajjiż terz bħala ġeneralment bla perikolu għal kategoriji speċifiċi ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali, iżda jikkostitwixxi kundizzjoni kumulattiva għall-adozzjoni ta’ att individwali li jirrifjuta applikazzjoni speċifika għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba li jeżisti “pajjiż terz bla perikolu”?

    jew fis-sens li

    3)

    id-dħul lura fil-“pajjiż terz bla perikolu” hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata biss fil-mument tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, meta d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq il-motiv ta’ “pajjiż terz bla perikolu”?


    (1)  (ĠU 2013, L 180, p. 60).


    Top