This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0744
Case T-744/22: Action brought on 25 November 2022 — Tokareva v Council
Kawża T-744/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Tokareva vs Il-Kunsill
Kawża T-744/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Tokareva vs Il-Kunsill
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 76–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/76 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Tokareva vs Il-Kunsill
(Kawża T-744/22)
(2023/C 24/102)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Maya Tokareva (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Settembru 2022, sa fejn trendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2023 (kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/1272/PESK tal-21 ta’ Lulju 2022 li inkludiet l-isem tar-rikorrenti fin-Nru 1201 tal-anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK); |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm lir-rikorrenti fin-Nru 1201 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2014/269; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 1 000 000, b’mod provviżorju, bħala kumpens għad-dannu morali sostnut mir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-734/22, Pumpyanskiy vs Il-Kunsill.