Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0400

Kawża T-400/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Berlin Hyp vs SRB

ĠU C 380, 3.10.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/13


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2022 – Berlin Hyp vs SRB

(Kawża T-400/22)

(2022/C 380/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berlin Hyp AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 tar-rikorrenti għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2022/18), inklużi l-annessi tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti minħabba li l-konvenut uża l-lingwa uffiċjali żbaljata u, għalhekk, ir-rikors għal annullament huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,

tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija legalment ineżistenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-396/22, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB.


Top