Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0256

    Kawża T-256/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill

    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 31–32 (GA)

    4.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 257/35


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill

    (Kawża T-256/22)

    (2022/C 257/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Rostov-on Don, ir-Russja) (rappreżentant: B. Kennelly, Barrister)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/376 tat-3 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/375 tat-3 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent; u

    tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent f’din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma vverifikax u ma setax jivverifika li d-deċiżjoni(jiet) tal-Awtoritajiet Ukraini li fuqhom bbaża ruħu meta inkluda lir-rikorrent, ġew adottati skont id-drittijiet fundamentali tad-difiża tal-Unjoni Ewropea u għal protezzjoni ġudizzjarju effettiv tiegħu.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill għamel żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddetermina li l-kriterju ta’ nomina kien issodisfat. B’mod partikolari, il-Kunsill aċċetta l-materjal ipprovdut mill-Awtoritajiet Ukraini mingħajr ebda eżami xieraq u/jew mingħajr ma jqis l-ineżattezzi identifikati mir-rikorrent. Il-Kunsill kellu jwettaq kontrolli addizzjonali u kellu jitlob iktar provi mill-Awtoritajiet Ukraini fid-dawl tal-osservazzjonijiet li ssottometta r-rikorrent u l-provi skaġunanti li pproduċa, iżda l-inkjesti limitati tal-Kunsill ma laħqux dak li kien meħtieġ. B’konsegwenza ta’ dan, ma hemm l-ebda bażi fattwali solida biżżejjed għas-Sanzjonijiet tal-2022

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà tar-rikorrent taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li, fost l-oħrajn, il-miżuri restrittivi huma inġustifikati, restrizzjoni mhux meħtieġa u sproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, minħabba li: (i) ma hemm l-ebda suġġeriment li kwalunkwe fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra l-Ukraina; (ii) il-miżuri domestiċi Ukraini kienu jkunu ċarament adegwati u suffiċjenti; u (iii) il-miżuri restrittivi issa ilhom fis-seħħ għal tmien snin u, għal darba oħra, ġew imposti fuq il-bażi ta’ investigazzjonijiet preproċesswali li huma, fir-realtà b’mod ovvju, mejta u/jew għall-inqas fi staġnar totali u, fir-rigward ta’ waħda minnhom, li l-Kunsill ma ppruvax jibbaża ruħu fuqha fl-ebda waħda mis-sentejn preċedenti.


    (1)  ĠU 2022, L 70, p. 7.

    (2)  ĠU 2022, L 70, p. 4.


    Top