EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0733

Kawża C-733/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP vs “Valentina Heights” EOOD

ĠU C 63, 20.2.2023, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Novembru 2022 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP vs “Valentina Heights” EOOD

(Kawża C-733/22)

(2023/C 63/27)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP

Konvenut:“Valentina Heights” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), ikkunsidrat flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rata mnaqqsa tal-VAT prevista f’din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-akkomodazzjoni pprovduta f’lukandi u stabbilimenti simili tista’ tiġi applikata fil-każ li dawn l-istabbilimenti ma jkunux ikklassifikati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 98(2) tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-applikazzjoni selettiva tar-rata mnaqqsa abbażi ta’ aspetti konkreti u speċifiċi ta’ kategorija speċifika ta’ servizzi, espressi fir-rekwiżit li l-akkomodazzjoni pprovduta f’lukandi u stabbilimenti simili titwettaq biss f’postijiet li joffru akkomodazzjoni kklassifikati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-talba jew li jkollhom ċertifikat temporanju maħruġ fil-kuntest ta’ proċedura ta’ klassifikazzjoni li tkun għadha pendenti?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


Top