Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0727

    Kawża C-727/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fil-25 ta’ Novembru 2022 – Friends of the Irish Environment CLG vs Government of Ireland, Minister for Housing, Planning and Local Government, Ireland and the Attorney General

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fil-25 ta’ Novembru 2022 – Friends of the Irish Environment CLG vs Government of Ireland, Minister for Housing, Planning and Local Government, Ireland and the Attorney General

    (Kawża C-727/22)

    (2023/C 63/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Friends of the Irish Environment CLG

    Konvenuti: Government of Ireland, Minister for Housing, Planning and Local Government, Ireland and the Attorney General

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1), moqri flimkien mal-Artikolu 3(2)(a), għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura adottata mill-eżekuttiv ta’ Stat Membru, mhux abbażi ta’ obbligu legali jew amministrattiv, u lanqas abbażi ta’ miżura leġiżlattiva, amministrattiva jew regolatorja, tista’ tikkostitwixxi pjan jew programm irregolat mid-Direttiva, meta l-pjan jew il-programm adottat b’dan il-mod jistabbilixxi qafas li fil-kuntest tiegħu t-twettiq ta’ ċerti proġetti jista’ jiġi awtorizzat jew irrifjutat fil-futur u jissodisfa għalhekk il-kriterju indikat fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva?

    2)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-Artikolu 3(8) u (9) tal-imsemmija Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew programm li jinkludi regoli speċifiċi, għalkemm deskritti bħala “indikattivi”, għall-allokazzjoni tal-fondi għat-twettiq ta’ ċerti proġetti infrastrutturali bil-għan li jsostni l-istrateġija ta’ żvilupp tat-territorju ta’ pjan ieħor, li min-naħa tiegħu jikkostitwixxi l-bażi ta’ strateġija ta’ żvilupp futur tat-territorju, jista’ fih innifsu jikkostitwixxi pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva 2001/42?

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, il-fatt li pjan li għandu bħala l-għan tiegħu l-allokazzjoni ta’ riżorsi jfisser li għandu jitqies bħala pjan finanzjarju fis-sens tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2001/42?

    3)

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-Anness I tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tkun meħtieġa evalwazzjoni ambjentali abbażi tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/42, ir-rapport ambjentali previst fl-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva għandu, meta jiġu identifikati alternattivi raġonevoli għal għażla ppreferuta, jinkludi għal finijiet ta’ paragun evalwazzjoni tal-għażla ppreferuta u tal-alternattivi raġonevoli?

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, ir-rekwiżit impost mid-Direttiva 2001/42 ikun issodisfatt meta l-alternattivi raġonevoli jiġu evalwati għal finijiet ta’ paragun qabel is-selezzjoni tal-għażla ppreferuta, u meta mbagħad l-abbozz tal-pjan jew tal-programm jiġi evalwat u titwettaq evalwazzjoni strateġika dwar l-impatt ambjentali (ESA) b’mod iktar iddettaljat biss fir-rigward tal-għażla ppreferuta?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.


    Top