EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0659

Kawża C-659/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – RK vs Ministerstvo zdravotnictví

ĠU C 15, 16.1.2023, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2022 – RK vs Ministerstvo zdravotnictví

(Kawża C-659/22)

(2023/C 15/31)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RK

Konvenut: Ministerstvo zdravotnictví

Domanda preliminari

Il-verifika tal-validità taċ-ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan maħruġa konformement mar-Regolament (UE) 2021/953 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, applikata mir-Repubblika Ċeka għal skopijiet nazzjonali, fl-applikazzjoni nazzjonali “čTečka”, tista’ titqies li hija pproċessar ta’ data personali b’mezzi awtomatizzati fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) fejn għalhekk dan l-aġir jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data konformement mal-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament?


(1)  ĠU 2021, L 211, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 72, p. 7

(2)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2


Top