This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0505
Case C-505/22: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (Portugal) lodged on 25 July 2022 — Deco Proteste — Editores, Lda. v Autoridade Tributária e Aduaneira (Tax and Customs Administration)
Kawża C-505/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-25 ta’ Lulju 2022 – Deco Proteste – Editores Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira
Kawża C-505/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-25 ta’ Lulju 2022 – Deco Proteste – Editores Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira
ĠU C 424, 7.11.2022, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-25 ta’ Lulju 2022 – Deco Proteste – Editores Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-505/22)
(2022/C 424/32)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Deco Proteste – Editores Lda
Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domandi preliminari
1) |
Fiċ-ċirkustanzi fejn permezz tas-sottoskrizzjoni għal pubblikazzjonijiet perjodiċi b’abbonament jingħata rigal (gadget) lill-abbonati l-ġodda, skont it-tifsira tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), dan l-għoti għandu jiġi kkunsidrat:
|
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li din hija provvista mingħajr ħlas, id-determinazzjoni ta’ limitu annwali tal-valur globali tar-rigali li jikkorrispondi għal ratio ta’ 0.5 % tal-volum tad-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli fis-sena preċedenti (li jingħadd mal-limitu tal-valur unitarju) hija konformi mal-kunċett ta’ “għoti ta’ rigali ta’ valur baxx” previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-VAT? |
3) |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, dan ir-ratio ta’ 0.5 % tal-volum tad-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli fis-sena preċedenti għandu jitqies li huwa tant baxx li jneħħi kull effett utli mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-VAT? |
4) |
L-imsemmi limitu ta’ 0.5 % tal-volum ta’ dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli fis-sena preċedenti jikser, anki fid-dawl tal-għanijiet li għalihom ġie stabbilit, il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ ugwaljanza fit-trattament jew ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.