Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0356

    Kawża C-356/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2022 – Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2022 – Pro Rauchfrei e.V. vs JS e.K.

    (Kawża C-356/22)

    (2022/C 359/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Pro Rauchfrei e.V.

    Konvenut: JS e.K.

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ tqegħid fis-suq fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1) jinkludi l-offerta għall-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk permezz ta’ distributuri awtomatiċi li fihom il-pakketti individwali tas-sigaretti, għalkemm ikollhom fuqhom it-twissijiet meħtieġa mil-liġi, jitqiegħdu b’tali mod li dawn it-twissijiet ma jkunux inizjalment viżibbli għall-konsumatur iżda dawn it-twissijiet li jkun hemm fuq il-pakketti individwali jsiru viżibbli biss meta d-distributur awtomatiku, li jkollu jinfetaħ minn qabel mill-persunal li jaħdem fuq il-cash register, jiġi attivat mill-klijent sabiex imbagħad il-pakkett individwali jaqa’ fuq it-tapit tal-cash register qabel ma l-klijent jgħaddi biex iħallas?

    2)

    Il-ħabi komplet tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk li jkunu jinsabu f’distributur jaqa’ taħt il-projbizzjoni li t-twissijiet jiġu “moħbija […] permezz ta’ […] oġġetti oħrajn”, prevista fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2014/40?


    (1)  ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24.


    Top