Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0321

    Kawża C-321/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Mejju 2022 – ZL, KU, KM vs Provident Polska S.A.

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Mejju 2022 – ZL, KU, KM vs Provident Polska S.A.

    (Kawża C-321/22)

    (2022/C 318/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ZL, KU, KM.

    Konvenut: Provident Polska S.A.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li tiġi kklassifikata bħala klawżola kuntrattwali inġusta dispożizzjoni li tagħti lill-bejjiegħ jew fornitur miżata jew kummissjoni ta’ ammont manifestament ogħla meta mqabbel mas-servizz offrut minnu?

    2)

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretat fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li skonthom rekwiżit essenzjali għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ azzjoni tal-konsumatur kontra l-bejjiegħ jew fornitur għall-konstatazzjoni ta’ nullità jew ineffettività tal-kuntratt jew tal-partijiet fih li jinkludu klawżoli inġusti huwa l-interess ġuridiku tal-konsumatur?

    3)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li jiġi kkunsidrat li kuntratt ta’ self, li fir-rigward tiegħu ġiet ikkonstatata n-natura inġusta tal-unika klawżola kuntrattwali li tipprevedi l-mod ta’ kif jitħallas lura s-self, ma jistax ikompli jorbot wara li din il-klawżola tkun ġiet eskluża u li għalhekk huwa null?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


    Top